Ingredjenti għal-Laħam:
- 1.5kg ċanga (biċċa waħda)
- 225g streaky bacon imqatta'
- 225g karrotti mqatta'
- werqa randa
- werqa timu
- 2 werqiet tursin
- 3 sinniet tewm
- 225g żebbuġ iswed bla għadma
- 400g tadam imqatta' tal-bott
- ħobż mixwi hew għaġin, biex isservi
Ingredjenti għall-marinat:
- 120ml żejt taż-żebbuġa extra virgin
- 5 basliet imqatta'
- werqa karfusa mqatta'
- karrotta mqatta'
- 150ml inbid aħmar
- 6 bżariet suwed sħaħ
- 2 sinniet tewm imqatta'
- werqa randa
- werqa timu
- 2 werqiet tursin u melħ
Metodu:
- Biex tagħmel il-marinat, saħħan iż-żejt f'taġen baxx u itfa' l-basal, karfus u karrotti. Sajjar għal 2 minuti, imbagħad baxxi in-nar u itfa' l-inbid aħmar, il-bżar, it-tewm, ir-randa, it-timu u t-tursin. Ifta' ftit melħ, imbagħad għatti kollox u ħallihom itektu għal 15-20 minuta.
- Poġġi ċ-ċanga f'dixx tal-ħġieġ kbir u itfa; l-marinat fuqu. Agħlaq id-dixx u ħallih fil-fridge għal 12-il siegħa. Dawwar il-laħam darba jew darbtejn.
- Saħħan il-forn għal 160°C. Oħroġ il-laħam mill-marinatu u poġġih f'dixx tal-forn. Itfa' l-bacon u l-karrotti, kif ukoll il-ħwawar u t-tewm. Itfa' l-marinat kollu wara li tgħaddih minn passatur biex tneħħilu l-likwidu. Għatti d-dixx bil-foil, imbagħad bl-għatu u sajjar kollox fil-forn għal sagħtejn u nofs. Itfa' ż-żebbuġ u t-tadam u kompli sajjar fil-forn għal 30 minuta oħra. Servi l-laħam imqatta oħxon, flimkien mal-ħobż jew l-għaġin.
|