96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:

minn Peter Dacoutros

Ingredjenti
:

  • 500g dqiq plain
  • Niskata melħ
  • 3 kuċċarini ħmira instant
  • 4 kuċċarini zokkor abjad
  • 200g sultana
  • 3 kuċċarini mixed spice
  • 3 imgħaref konfettura
  • 100g zokkor ismar
  • Madwar 350ml ilma fietel
  • Madwar 150g għaġina ħelwa
  • Ftit żejt biex tidlek
  • 6 imgħaref zokkor imħallta ma' 6 imgħaref ilma jagħli

Metodu:

Idlek żewġ pjanċi tal-forn b'daqsxejn żejt. Għarbel id-dqiq mal-melħ u l-ispice fi skutella. Żid il-konfettura, is-sultana u z-zokkor. Ħawwad kollox flimkien. Żid iz-zokkor abjad ma’ l-ilma fietel f'reċipjent zgħir, ħawwad u xerred il-ħmira. Ħawwad sew, għatti r-reċipjent u żomm f'post sħun għal 15-il minuta.

Żid din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq, ħawwad sew b'idejk sakemm ikollok għaġina li m'għandiex tkun ratba jew xotta iżżejjed. Agħġen sew fuq daqsxejn dqiq għal ftit minuti. Poġġi t-taħlita fi skutella, għatti u żomm ġo post sħun għal madwar siegħa. Agħġen it-taħlita ħafif, ħafif għal nofs minuta imbagħad ifforma f'buns. Poġġi l-buns fuq il-pjanċi midluka. Iftaħ l-għaġina ħelwa fuq daqsxejn dqiq, u aqta’ fi strixxi irqaq. Poġġi żewġ strixxi fuq kull bun f'forma ta'salib. Illixxa sew.

Ħalli l-buns joqogħdu f'post sħun għal madwar 30 minuta. Aħmi l-buns ġo forn moderat għal jaħraq għal madwar 20 minuta jew sakemm jieħdu kulur dehbi skur. Oħroġ il-buns mill-forn u idlikhom bit-taħlita taz-zokkor u ilma. Erġa’ daħħalhom fil-forn għal 3 minuti. Oħroġ il-buns mill-forn u servi sħan.

Minħabba li dawn il-buns m'għandhomx bajd jew ħalib, jistgħu jittieklu waqt is-sawm tar-Randan.

Radio Schedule Recipes Podcasts Subscribe to Mailing List