minn Peter Dacoutros
Ingredjenti:
- 3 kikkri dqiq plain
- Zewġ kuċċarini u nofs baking powder
- Kuċċarina kannella
- Nofs kikkra żbib
- Nofs kikkra sultana
- Kikkra ġewż imqatta’
- Zewġ terzi ta' kikkra żejt tal-ħaxix
- Kikkra zokkor
- Kikkra meraq tal-larinġ frisk
- Qoxra ta' larinġa maħkuka
Biex iżżejjen
- Madwar 8 nofsijiet tal-ġewż
- 2 imgħaref icing sugar
Metodu:
Idlek forma tonda ta' madwar 26 ċentimetru bil-butir, u iksi ħafif bid-dqiq. Għarbel id-dqiq mal-baking powder u l-kannella. Żid iż-żbib u s-sultana u ħallat sew, imbagħad żid il-ġewż u z-zokkor. Ħawwad tajjeb.
Fi skutella separata ħabbat il-meraq tal-larinġ maż-żejt, imbagħad żid il-qoxra tal-larinġa. Żid din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq. Ħawwad ħafif, ħafif, u poġġi din it-taħlita fil-forma li tkun ippreparajt. Illixxa sew il-wiċċ tat-taħlita. Aħmi ġo forn jaħraq għal madwar 50 minuta jew sakemm tara li l-kejk ikun ħa kulur dehbi u jkun sar sew. Oħroġ mill-forn u ħalli joqgħod għal 5 minuti, imbagħad oħroġ il-kejk mill-forma u ħalli jibred sew.
Poġġi l-kejk fuq platt tond, xerred l-icing sugar fil-wiċċ u żejjen bin-nofsijiet tal-ġewż. |