minn Peter Dacoutros
Ingredjenti:
- 400 g dqiq plain
- Imgħarfa lixxa baking powder
- 300 g zokkor
- 200 g intrita pura
- 150 g lewż imqaxxar u inkaljat.
- 100 g ċirasa mqatta’
- 2 imgħaref Golden Syrup
- 2 kuċċarini mixed spice
- Nofs kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħuna
- 2 imgħaref ilma zahar
- Qoxra maħkuka ta' larinġa u qoxra maħkuka ta' lumija
- Mgħarfa kokotina
- Madwar 3 imgħaref ilma
- Golden Syrup biex tiksi
Metodu:
Idlek pjanċi tal-forn bil-marġerina u għaddi ħafif bid-dqiq.
Qatta’ il-lewz inkaljat. Għarbel flimkien id-dqiq, il-baking powder u l-kokotina. Żid iz-zokkor, l-intrita, il-ħwawar, iċ-ċirasa, il-golden syrup, il-qxur tal-frott u l-ilma zahar. Għaġen it-taħlita b'idejk u żid l-ilma bil-mod. Din it-taħlita m'għandiex tkun la iebsa u lanqas ratba żżejjed.
Biex tifforma il-kwareżimal, xarrab idejk u fforma bħal zalzett minn din it-taħlita. Poġġi fuq il-pjanci tal-forn u iċċattja ftit il-wicc ta' kull waħda, imbagħad b'sikkina għamel linji skuntrati fil-wiċċ. Aħmi ġo forn moderat għal ftit jaħraq għal madwar għoxrin minuta. Żomm dan il-ħin bi preċiżjoni.
Oħrog mill-forn, ħalli joqogħdu għal żewġ minuti, iksi bil-golden syrup u xerred il-lewż inkaljat. Ħalli jibirdu.
Importanti li f'din ir-riċetta inżommu l-ħinijiet preċiżi.
|