Ingredjenti:
- 450g flett tal-ħut abjad frisk
- 225g frott tal-baħar imħallat
- 150ml inbid abjad
- 150ml stock tal-ħut
- nofs basla mqatta'
- werqa rand
- 2 mgħaref xibt frisk imqatta'
- 75g butir
- 350g kurrat imqatta'
- sinna tewm mitħuna
- 25ċg ċdqiq plain
- 150ml single cream
- melħ u bżar
- 8-12-il folja lażanja
- 50g ġobon Gruyère maħkuk
Metodu:
- Saħħan il-form sa 200°C. Poġġi l-flett tal-ħut f'taġen mal-inbid, l-istock tal-ħut, il-basla u l-werqa rand. Iftaħhom jagħlu bil-mod, għattihom u ħallihom itektku għal 5 minuti. Neħħihom minn fuq in-nar u qatta' l-ħuta. Erfa' l-meraq.
- Dewweb 50g butir f'kazzola kbira. Itfa' l-kurrat u t-tewm u sajjarhom fuq nar baxx għal xi 10 minuti. Neħħihom mit-taġen. Erfagħhom f'ġenb u erfa' l-meraq.
- Dewweb il-kumplament tal-butir f'kazzola żgħira. Itfa' d-dqiq, imbagħad bil-mod il-mod ħabbat il-krema miegħu (mhux fuq in-nar) u wara itfa' l-meraq li tkun erfajt. Iftaħ it-taħlita tagħli sakemm tagħqad. Itfa' x-xibt u l-melħ u l-bzar.
- Itfa' ftit miz-zalza fil-qiegħ ta' dixx tal-forn baxx. Agħmel saff lażanja, wara l-flett tal-ħut imqatta', il-frott tal-baħar u l-kurrat. Itfa' biżżejjed zalza biex tgħattihom. Kompli agħmel aktar saffi u spiċċa bil-lażanja biz-zalza fuqha.
- Itfa' l-ġobon maħkuk fil-wiċċ u sajjar il-lażanja fil-forn għal madwar 40-45 minuta jew sakemm tieħu l-kulur. Servi mill-ewwel.
|