Ingredjenti:
- fillet tal-majjal sħiħ, madwar 350g
- mgħarfa u nofs dqiq
- 2-3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
- 250ml inbid adjad (dry)
- 2 mgħaref ħall abjad (wine vinegar)
- 2 kuċċarini zokkor
- mgħarfa bżar sħiħ imħallat, mitħun f'biċċiet kbar
- melħ u bżar
- ful kbir (broad beans) imħallat
- bil-bacon mixwi, biex isservi
Metodu:
- Qatta' l-majjal dijagonali f'biċċiet irqaq. Poġġihom bejn żewġ biċċiet clear film u sawwathom b'lembuba.
- Poġġi d-dqiq f'bieqja baxxa. Żid il-melħ u l-bżar u rembel il-laħam fih.
- Saħħan mgħarfa żejt f'taġen wiesgħa u itfa' l-majjal (kemm joqgħod fit-taġen). Aqli fuq nar medju/għoli għal 2-3 minuti fuq kull naħa sakemm isiru. Neħħihom mit-taġen u warrabhom fil-ġenb. Irrepeti bil-bqija tal-majjal, filwaqt li żżid iż-żejt kull meta jkun hemm bżonn.
- Ħallat l-inbid, il-ħall u z-zokkor f'bieqja. Ferra' t-taħlita fit-taġen u ħawwad fuq nar għoli sakemm tonqos, filwaqt li taqla' l-fdalijiet żgħar li jkun fadal fil-qiegħ. Żid il-bżar u erġa' poġġi l-majjal fit-taġen. Iksi l-majjal bil-meraq u saħħan. Servih sħun bil-ful u l-bacon mixwi.
|