Ingredjenti:
Għall-għaġina
- Kuċċarina ħmira
- 450g dqiq
- mgħarfa zokkor
- kuċċarina melħ oħxon
- 300ml ilma sħun
- 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
Għall-mili
- basla, imqatta' irqiqa
- 800g tadam, imqatta'
- melħ u bżar
- mgħarfa timu frisk
- mgġarfa żejt taż-żebbuġa
- 115g tadam żgħir
- 12-il inċova
- 8 gambli friski, imqaxxra
- ftit weraq timu, biex iżżejjen
Metodu:
- Saħħan il-forn għal 200°C. Itfa' l-ħmira fid-dqiq f'bieqja kbira. Żid iz-zokkor u l-melħ oħxon, l-ilma u ż-żejt taż-żebbuġa u ħallat kollox. Aħdem l-għaġina għal madwar 10 minuti. Għattiha u ħalliha f'post sħun sakemm tirdoppja fid-daqs. Erġa' aħdem l-għaġina għal madwar 5 minuti, imbagħad qattagħha f'erba' biċċiet. Agħmel erba' dawriet għaġina ta' madwar 13-il ċentimetru.
- Aqli l-basla sakemm tirtab. Żid it-tadam, il-melħ u l-bżar u t-timu u ħalli kollox itektek għal 15-il minuta. Idlek l-għaġina tal-pizza biż-żejt taż-żebbuġa u sajjarha fil-forn (in-naħa midluka wiċċha 'l isfel) għal madwar 6-8 minuti, sakemm tieħu l-kulur sewwa fil-qiegħ. Idlek in-naħa mhix imsajra u dawwar il-pizez ta' taħt fuq.
- Aqsam it-tadam żgħir min-nofs. Itfa' mgħarfa zalza fuq kull pizza, żewġ inċoviet u żewġ gambli u ftit tadam imqatta' Daħħal il-pizza fil-forn u sajjarha għal 8-10 minuti oħra sakemm issir. Itfa' ftit timu frisk fil-wiċċ u servi.
|