Ingredjenti:
- 4 biċċiet ħobż mingħajr qoxra
- kuċċarina ħmira
- 2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa
- basla mqaxxra u mqatta'
- sinna tewm imqaxxra u mitħuna
- nofs kuċċarina ginger mitħun
- 450g karrotti mqaxxra u mqatta'
- litru stock tal-ħaxix
- biċċa root ginger (madwar 2.5ċm)
- imqaxxra u maħkuka
- melħ u bżar
- mgħarfa meraq tal-lumi
- kurrat selvaġġ u qoxra ta' lumija biex iżżejjen
Metodu:
- Saħħan il-forn sa 180°C. Qatta l-ħobż. Ħoll il-ħmira f'żewġ mgħaref ilma fietel u ħallatha mal-ħobż. Qassam il-ħobż fuq dixx tal-forn midluk bi ftit żejt u sajru fil-forn għal 20 minuta (wara 10 minuti dawru ta' taħt fuq). Neħħih mill-forn u poġġih f'ġenb.
- Saħħan iż-żejt f'kazzola kbira. Sajjar il-basla u t-tewm fuq nar medju għal 3-4 minuti. Itfa' l-ginger mitħun u sajjar għal minuta biex toħroġ it-togħma. Żid il-karrotti, imbagħad itfa' l-istock u l-ginger frisk. Tektikhom għal 15-il minuta.
- Neħħi kollox minn fuq in-nar u ħalli t-taħlita tiksaħ ftit. Itħan kollox sakemm ma jibqax biċċiet, imbagħad itfa' ftit melħ u bżar. Itfa' l-meraq tal-lumi. Żejjen bil-kurrat selvaġġ u l-qoxra tal-lumi u servi mill-ewwel.
|