96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:

Ingredjenti:

  • 900g qarnita mnaddfa
  • 450g basal imqatta'
  • 2 werqiet rand
  • 450g tadam misjur
  • 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
  • 4 sinniet tewm mitħun
  • kuċċarina caster sugar
  • mgħarfa riegnu jew klin frisk imqatta'
  • 2 mgħaref tursin frisk imqatta
  • 150ml inbid aħmar
  • ħwawar friski, biex iżżejjen
  • ħobż sħun u pine nuts, biex isservi

Metodu:

  1. Imla kazzola bl-ilma u iftħu jagħli. Itfa' l-qarnita mnaddfa, nofs il-basal u r-rand u ħallihom isiru għal siegħa fuq nar baxx.
  2. X'ħin tkun qed issir il-qarnita, itfa' t-tadam fl-ilma jagħli għal 30 sekonda, imbagħad laħalħu taħt l-ilma tal-vit. Qaxxar it-tadam u qattgħu biżżiet.
  3. Neħħi l-qarnita mill-ilma u qattagħha biċċiet (armi r-ras). Saħħan iż-żejt f'kazzola u aqli l-qarnita u l-kumplament tal-basal u t-tewm għal 3 minuti. Żid it-tadam, iz-zokkor, ir-riegnu jew il-klin, it-tursin, l-inbid u l-ħall. Sajjarhom għal 5 minuti sakemm jirtabu ftit filwaqt li tibqa' tħawwad.
  4. Għatti l-kazzola u sajjar fuq nar baxx ħafna għal madwar siegħa u nofs sakemm iz-zalza tagħqad ftit u l-qarnita ssir sewwa. Żejjen bil-ħwawar friski u servi ma' ħafna ħobż sħun u pine nuts fil-wiċċ.
Radio Schedule Recipes Podcasts Subscribe to Mailing List