96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:

minn Peter Dacoutros

Ingredjenti
:

Għall-għaġina

  • 450g dqiq plain
  • Niskata melħ
  • 225g butir mhux mielaħ, mqatta’ dadi
  • 2 imgħaref corn oil
  • 6 imgħaref zokkor
  • Qoxra ta' lumija maħkuka
  • Ftit qtar essenza tal-vanilla
  • Ilma kiesaħ biex tgħaqqad

Għall-mili

  • 200g butir mhux mielaħ
  • 200g zokkor
  • 4 bajdiet mħabbtin
  • 200g lewż mitħun
  • 4 qatriet essenza tal-lewż
  • 50g dqiq self-raising
  • 300g ġamm tal-frawli
  • 3 imgħaref icing sugar biex iżżejjen

Metodu:

Għarbel id-dqiq mal-melħ fi skutella. Żid il-butir u għaġen sew b'idejk sakemm it-taħlita issir bħal frak tal-ħobż fin. Żid iż-żejt, ħallat sew imbagħad żid iz-zokkor, il-qoxra tal-lumija u l-vanilla. Għaġen għal minuta imbagħad bil-mod żid biżżejjed ilma biex tista’ tagħġen l-għaġina li m'għandhiex tkun ratba jew xotta iżżejjed. Għaġen għal żewġ minuti imbagħad ħalli l-għaġina toqgħod f'post frisk għal 30 minuta.

Idlek forma kwadra u baxxa bil-butir, u għaddi ħafif bid-dqiq. Iftaħ l-għaġina fuq daqsxejn dqiq u iksi l-qiegħ u l-ġnub tal-forma bl-għaġina. Għatti l-għaġina b’aluminium foil midluka bil-butir u għatti l-wiċċ tal-foil bil-fażola bħala toqol. Aħmi ġo forn moderat għal jaħraq għal 20 minuta. Oħroġ mill-forn, neħħi l-fażola u l-foil u ħalliha tibred sew. Ifrex il-ġamm tal-frawli fuq l-għaġina.

Ħabbat il-bajd u z-zokkor fi skutella sakemm it-taħlita ssir bajdanija u ħafifa. Żid il-bajd waħda, waħda, filwaqt li tħabbat it-taħlita. Żid il-lewż u l-essenza tal-lewż, ħabbat għal minuta. Żid id-dqiq filwaqt li tħawwad ħafif, ħafif, b'imgħarfa. Poġġi t-taħlita ġol-forma ta’ l-għaġina fuq il-ġamm tal-frawli. Illixxa sew il-wiċċ tat-taħlita. Aħmi ġo forn moderat għal ftit jaħraq sakemm tara li t-torta tkun ħadet kulur dehbi sabiħ u tkun saret sew.

Oħroġ it-torta mill-forn, ħalliha tibred sew. Xerred icing sugar fuq il-wiċċ tat-torta biex iżżejjen.

Radio Schedule Recipes Podcasts Subscribe to Mailing List