96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:
Mit-13 ta’ Awissu Sat-3 ta' Settembru, 2008
 
L-Erbgħa, 13 ta’ Awwissu: JUM IL-KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA PARROKKJALI
Wara l-Quddiesa tad-9.00am jibda Jum ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fil-knisja Parrokkjali, bi tħejjija għall-festa.
7:00 p.m. Quddiesa fil-knisja Parrokkjali flokkaż joni tad-19-il Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-knisja Arċipretali, bis-salmi tal-Għasar u l-inċensazzjoni tas-slaleb.
   
Il-Ħamis, 14 ta’ Awwissu
8:30 p.m. Velja f’Ta’ Pinu. Il-komunità parrokkjali tieħu sehem flimkien mad-Djoċesi kollha f’sahra ta’ talb lejlet l-Għid tal-Assunta.
Trasport provdut fit-7.45pm.
   
Il-ĠimgĦa 15 ta’ Awwissu: SOLENNITÀ TAT-TLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA
Katina ta’ Rużarju mill-5am sa nofs il-lejl. Il-ħin tal-Quddies ta’ llum ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
   
Is-Sibt, 16 ta’ Awwissu: JUM IT-TFAL U L-KRUĊJATA EWKARISTIKA
9:00 a.m. Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-knisja Arċipretali. Wara ssir attività apposta għalihom fiċ-Ċentru Parrokkjali.
   
Il-Ħadd, 17 ta’ Awissu
Wara l-Quddiesa tal-5pm - wasla talistatwa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Misraħ tal-knisja. Rużarju fuq iz-zuntier. L-istatwa tibqa’ għall-qima tad-devoti fil-Knisja Parrokkjali sal-għada t-Tnejn.
   
It-Tnejn, 18 ta’ Awwissu: NIMXU MA’ MARIJA
6:00 p.m. Quddiesa fil-knisja Parrokkjali
7:30 p.m. Pellegrinaġġ Marjan Aux Flambeaux bl-istatwa tal- Madonna ta’ Lourdes mill-knisja Parrokkjali għall-Grotta tal- Madonna ta’ Lourdes flokkaż joni tal-150 sena middehriet. Jieħdu sehem il-Fratelli tar-Rużarju u tas-Sagrament fi ħdan il-Parroċċa tagħna, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Fratellanzi tar-Rużarju tal-Parroċċi tad- Djoċesi u mill-Fratellanza tal- Madonna ta’ Lourdes tal- Parroċċa tal-Qrendi. Mal-wasla fejn il-grotta, Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech.
   
It-Tlieta, 19 ta’ Awwissu: JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN
12:00 p.m. Quddiesa fiċ-Ċimiterju għal ħutna li daħlu qabilna fl-eternità mill-Arċipriet Dun Frankie Bajada.
   
L-ErbgĦa 20 ta’ Awwissu: JUM L-GĦAQDIET RELIĠJUŻI
7:00 p.m. Quddiesa bis-sehem tar-Reliġjużi tal-Parroċċa tagħna.
7:30 p.m. Mota li tħabbar il-ftuħ tal-festa 2008.
8:30 p.m. GĦAJNSIELEM FEST 2008 imtella’ mill-Kunsill Lokali Għajnsielem fil-Misraħ tal-knisja, b’talent Għajnselmiż u lokali.
   
Il-Ħamis, 21 ta’ Awwissu: L-EWWEL JUM TAN-NOVENA - JUM IL-VOKAZZJONIJIET
Matul il-Jiem tan-Novena ssir kampanja ta’ għotjiet ta’ karità (affarijiet ta’ preserves, eċċ u flus) ħdejn l-altar tal- Madonna ta’ Loreto.
6:30 p.m. Rużarju.
7:00 p.m. Quddiesa mmexxija mill- Arċipriet Dun Frankie Bajada li fiha ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda.
   
Il-ĠimgĦa, 22 ta’ Awwissu: IT-TIENI JUM TAN-NOVENA - JUM IL-FAMILJA
6:30 p.m. Rużarju
7:00 p.m. Quddiesa b’talb speċjali għallkoppji miżżewġin. Isir it-tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena u dawk li għalqu 25, 50 u 60 sena miżżewġin. Janima l-quddiesa bil-kant il-Kor Lauretana.
9:00 p.m. Bar-B-Que fi Triq Fuq il-Għajn. Mistiedna speċjali l-emigranti li jkunu fostna.
   
Is-Sibt, 23 ta’ Awwissu: IT-TIELET JUM TAN-NOVENA - JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ADOLOXXENTI
6:30 p.m. Rużarju, Salve Regina, u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00 p.m. Quddiesa bis-sehem taż- żgħażagħ. Janima l-quddiesa bilkant il-grupp taż-żgħażagħ tagħna.
   
Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu: IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA - JUM IL-KARITA’
Illum ikun hemm Open Day fil-Każin tal- Banda b’diversi attivitajiet kulturali.
10:00 a.m. Quddiesa bis-sehem ta’ Persuni li jiffrekwentaw iċ-Ċentri tal-Arka u l-Adult Training Centre. Wara l-quddiesa jkunu l-ewwel mistiedna tad-Dar Parrokkjali.
5:00 p.m. Quddiesa. Wara ssir il- Preżentazzjoni tat-Tfal u t-Trabi lill-Madonna ta’ Loreto fil- Knisja.
   
It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu: IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA - JUM IL-ĦAJJA KKONSAGRATA
6:30 p.m. Rużarju, Kurunella, Salve Regina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00 p.m. Quddiesa minn Fr. Joseph Magro ofm bis-sehem tar-reliġjużi kollha tal-Parroċċa.
8:15 p.m. Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ minn Triq il-Ġnien sal-Misraħ tal-knisja.
9:15 p.m. Ħruġ ta’ l-istatwa min-niċċa tagħha fost kant ta’ innijiet Marjani. L-istatwa titpoġġa taħt it-tron tagħha. Issir l-aħħar ġabra kbira għall-festa ta’ din is-sena.
   
It-Tlieta, 26 ta’ Awwissu: IS-SITT JUM TAN-NOVENA - JUM IL-BANDA SAN ĠUŻEPP
6:30 p.m. Rużarju u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00 p.m. Quddiesa tan-novena.
8:30 p.m. Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jitlaq mill-Każin ta’ l-Għaqda Mużikali sal-planċier fil-Misraħ tal-knisja. Il-Banda tesegwixxi programm mużikali b’siltiet varji taħt id-direzzjoni tas- Surmast Sunny Galea A.L.C.M. u l-Assistent Surmast Frankie Debono. Dan il-programm ikun taħt il-patroċinju tal-E.T. l- President ta’ Malta Dr Edward Fenech Adami.
   
L-ErbgĦa, 27 ta’ Awwissu: L-EWWEL JUM TAT-TRIDU - JUM L-EMIGRANTI U LGĦAJNSELMIŻI LI JGĦIXU BARRA MIR-RAĦAL
6:15 p.m. Għasar Kantat.
7:00 p.m. Quddiesa mmexxija mill- Arċipriet Dun Frankie Bajada, li fiha l-W.R. Kan. Joseph Sultana, jagħmel l-ewwel priedka tat- Tridu. Mistiedna b’mod speċjali l-emigranti li qegħdin fostna u dawk l-Għajnselmiżi kollha li jgħixu barra mir-raħal. Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
9:30 p.m. Lejla Marjana. Tibda lejla ta’ talb, qari u kant bit-tema ID-DAR TIEGĦI - Fuq il-Blat nibniha!!? fil-Misraħ tal-Knisja. Inħeġġu lil kulħadd biex jingħaqad magħna fi klima ta’ talb f’riġlejn Ommna Marija Lauretana. Imexxi t-talb P. Karm Dimech ofm Cap.
   
Il-Ħamis, 28 ta’ Awwissu: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU - JUM IS-SAĊERDOTI
6:15 p.m. Għasar Kantat.
7:00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Fr. Joe Cardona, bil-priedka tat-Tridu minn W.R. Kan. Joseph Sultana. Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
9:30 p.m. Jibda marċ brijuż min-naħa ta’ fuq ta’ Triq Simirat u jispiċċa ħdejn il-Każin tal-Banda. Jieħdu sehem il-Banda tagħna “San Ġużepp” kif ukoll il- Banda “Ite Ad Joseph” tal- Qala.
   
Il-ĠimgĦa, 29 ta’ Awwissu: IT-TIELET JUM TAT-TRIDU - JUM IL-MORDA U L-ANZJANI
Illum isir it-tqarbin tal-Morda fi djarhom mis-saċerdoti tal-parroċċa bħalma jsir flewwel ġimgħa tax-xahar.
9:00 a.m. Quddiesa li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal- Morda.
6:00 p.m. Għasar kantat.
6:30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Ġużeppi Zerafa Arċipriet Emeritus bil-priedka mill-W.R. Kan. Joseph Sultana. Antifona u Benedizzjoni Ewkaristika.
9:00 p.m. Marċ mill-Banda ‘Santa Margerita’ ta’ Sannat li jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali u jibqa’ sejjer sal-pjazza ewlenija tar-raħal. Wara tesegwixxi programm fuq il-planċier filpjazza.
9:30 p.m. Dimostrazzjoni kbira u brijuża bl-istatwa tal-Madonna tad-Dar li tibda min-naħa ta’ fuq ta’ Triq l-Imġarr. Iddoqq l-Banda ‘San Ġużepp’ ta’ Għajnsielem u l-Banda mistiedna ‘Victory’ tax-Xagħra.
12:00 a.m. Wasla tal-Madonna tad-Dar b’mod uniku għal fuq il-Pedestall tagħha fil-Misraħ tal-knisja fost il-kant u l-briju tal-Poplu Għajnselmiż. Wirja ta’ ajruplani pirotekniċi.
   
Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu: LEJLET IL-FESTA
8:30 a.m. Quddiesa kkonċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Għawdex li fiha jitkanta t-Te Deum bħala radd il-ħajr lil Alla.
5:15 p.m. Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jibda minn Triq Cordina.
6:30 p.m. Il-Banda ‘San Ġużepp’ takkumpanja t-Translazzjoni Solenni.
6:30 p.m. Translazzjoni Solenni tar- Relikwija li titlaq mill-knisja lqadima mmexxija mill-Vigarju Mons Giovanni Bosco Gauci għall-knisja Parrokkjali. Jieħdu sehem il-fratellanzi tas- Sagrament u tar-Rużarju.
7:00 p.m. L-Ewwel Għasar Solenni mmexxi mill-Arċipriet Dun Frankie Bajada.
8:00 p.m. Quddiesa.
9:00 p.m. Marċ mill-Banda ‘Mnarja’ tan- Nadur li jibda minn Triq il-Ġnien sal-Misraħ tal-knisja fejn tesegwixxi programm fuq il-planċier.
9:30 p.m. Marċ tradizzjonali ta’ lejlet ilfesta li jibda minn Triq Ħamri, jgħaddi għal Triq Fawwara u jintemm fil-Misraħ tal-knisja. Il-baned ‘San Ġużepp’ ta’ Għajnsielem flimkien mal-Banda ‘La Stella’ tal-Belt Victoria jferrħu lill-poplu preżenti biddaqq ta’ marċi brijużi.
12:00 a.m. Marija Lauretana, Protettriċi ta’ l- Avjazzjoni. Wirja tradizzjonali ta’ ajruplani pirotekniċi segwita minn wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar ta’ l-art maħduma minn Farrugia Brothers Fireworks u mżewqa bil-mużika.
   
Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu: JUM IL-FESTA - JUM IL-PARROĊĊA
5.00am, 6.00, 7.00 u 8.00am Quddies.
9:00 a.m. Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-Eċċ. T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex li fiha jwassal il-messaġġ tiegħu ta’ tifħir lil Ommna Marija u ta’ tagħlim għalina lkoll. Tesegwixxi l-Mużika l-Cappella Diacono taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Ġwann Galea.
Quddies ieħor 11.00am, 4.30pm, 5.30pm.
5:15 p.m. Marċ mill-Banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija li jibda minn Triq Ħamri u jintemm fil-Misraħ tal-knisja.
6:30 p.m. Għasar Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxi minn Mons. Ġużeppi Zerafa, Arċipriet Emeritus.
6:30 p.m. Marċ ta’ qabel il-purċissjoni mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jibda mill-Pjazza tad-Dehra
7:30 p.m. Ħruġ solenni tal-istatwa artistika u devota tal-Madonna ta’ Loreto. Il-Banda S. Ġużepp flimkien mal-Kor Lauretana, isellmu lil Ommna Marija bid-daqq tal-Innu l-Kbir “Alla Vergine di Loreto”. Tibda miexja l-purċissjoni.
8:00 p.m. Il-Banda ‘Leone’ tal-Belt Victoria tibda marċ minn Triq il-Mogħdija u wara hekk kif tasal ġewwa lpjazza, tesegwixxi programm mużikali fuq il- Planċier.
10:25 p.m. Dħul trijonfali tal-vara tal- Madonna ta’ Loreto filknisja. Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-Arċ. Frankie Bajada, bis-sehem tal-Poplu kollu.
11:00 p.m. Marċ Brijuż tal-għeluq mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jagħlaq dawn il-festi. Ilmarċ jibda mill-Pjazza tad- Dehra, għall-Pjazza Madonna ta’ Loreto u jispiċċa fil-Misraħ tal-knisja.
   
L-ErbgĦa 3 ta’ Settembru: JUM TA’ RADD IL-ĦAJR
6:30 p.m. Rużarju u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00 p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u dħul talvara ġewwa n-niċċa tagħha.
   
   
Nota Generali
 
  • Fil-ġranet tal-festa jieħdu sehem il-Kor Lauretana taħt id-direzzjoni ta’ Lelio Spiteri u l-Orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono.
  • Il-Mużika ta’ lejlet u nhar il-Festa tkun tal- Cappella Diacono taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Ġwann Galea.
  • Il-logħob tan-nar ġie maħdum minn Tal-Virtù Fireworks Għarb, Farrugia Brothers Fontana, St.Mary Fireworks Qrendi u Union Fireworks, Ħal Luqa.
  • Il-funzjonijiet tal-knisja u l-attivitajiet prinċipali tal-festa jkunu mxandra dirett fuq Radju Lauretana 96.5FM Stereo li jkun ukoll fuq il-website www.radjulauretana.com. Segwu l-iskeda ta’ programmi.
  • Kull tibdil li jista’ jinqala’ f’dan il-programm jiġi avżat fil-knisja u fuq Radju Lauretana.
   
Biex il-Festa tagĦna tkun tassew tixraq lil Ommna Marija Lawretana, tajjeb li nŻejnuha bil-Qrar u t-Tqarbin u bi mĠieba li tixraq. Ikollna dawn il-hinijet apposta ta’ Qrar fil-Knisja:
 
  • L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgha, 27, 28 u 29 ta’ Awwissu mill-5.30pm sa tmiem il-funzjoni fil-knisja.
  • Is-Sibt 30 ta’ Awwissu mill-5.30 pm sad-9.00pm.
  • Il-Ħadd 31 ta’ Awwissu mis-7am sad-9am u mill-4pm sal-5.30pm.
   
OPRI ĠODDA
 
Kompliet l-opra pastorali
  • Twaqqfet l-ewwel Komunità Ewkaristika.
  • Twaqqaf il-Grupp Organizzattiv taż-Żgħażagħ.
 
Fil-Parroċċa
  • Tkompla x-xogħol ta’ tisbieħ fid-Dar Parrokkjali.
  • Studios ġodda għal Radju Lauretana.
 
Mill-Għaqda tal-Armar
  • Żewġ Pavaljuni tad-Dawl għal Triq l-Imġarr.
  • Żewġ anġli għall-istatwa tal-Madonna tad- Dar, xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi.
  • Kwantità ta’ Liedna għal mat-toroq tagħna.
Radio Schedule Recipes Podcasts Subscribe to Mailing List