96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:


Play

Għajn is-Sliem ħuġġieġa waħda
Lil Marija, ħajr, tifħir...
Il-qlub kollha, għalenija
Qed jifirħu illum bil-kbir.

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Kullimkien il-ferħ isaltan
F'dan il-jum, Festa mill-Kbar!
'Viva x-Xemx' kull fomm ikanta
Lill-Madonna, kbar u żgħar.

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Inti Kewkba dejjem tiddi,
Arka safja bla taħsir.
Alla għamlek hekk sabiħa
Ghax Omm Ibnu ried li ssir

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Int qawsalla, għelm ta' paċi
Kollok ġmiel, tlellex bl-ilwien,
L-isbaħ Omm tal-gżejjer tagħna,
L-ifjen warda ta' dal-ġnien.

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Għażilt lilna, bħal Loreto
Biex ixxerred sliem u serħ...
Ġibt id-dar kennija fostna
Ma' Ġesu', il-għajn tal-ferħ.

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Ibqa' magħna, O Marija,
U ħallina ħa nfaħħruk,
Għax mingħajrek aħna ltiema,
Inti taf kemm inħobbuk.

O Madonna ta' Loreto
Fik il-faraġ fik is-sliem,
Int il-ġawhra ta' Għajnsielem
Għaxqa tagħna, ferħ bla tmiem.


Radio Schedule Recipes Podcasts Subscribe to Mailing List