 |
 |
| 5 - 11 February 2012 |
| ĦOBBU LIL XULXIN KIF ĦABBEJTKOM JIEN (Ġwanni 15,12) |
| Din hija l-frażi li l-Kalendarju Parrokkjali jistedinna ngħixu għal matul dan ix-xahar ta’ Frar. Bl-istess mod kif ħabbna Ġesu’, hekk għandna tkun l-imħabba tagħna lejn l-oħrajn. Din mhix faċli, anzi toffri sfida. Imma meta l-ħajja tagħna tkun marbuta ma’ dik ta’ Ġesu’ Kristu u mdawla bl-Ispirtu Qaddis tiegħu, allura xejn ma jkun impossibli. |
| L-EWWEL SIBT TAX-XAHAR |
| Is-Sibt 4 ta’ Frar fil-Knisja l-Qadima, fit-3.30pm ikollna r-rużarju u l-quddiesa għall-irġiel kollha. Wara l-quddiesa, l-Adorazzjoni tkompli sal-10pm. Insibu ftit ħin u ngħadduhom fis-skiet quddiem Ġesu’ Ħaj. |
| JUM IL-ĦAJJA |
Fid-Djoċesi tagħna llum il-Ħadd 5 ta’ Frar qed infakkru Jum il-Ħajja. Fl-4pm issir mixja minn ħdejn is-siġra lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Waqt il-mixja jkun hemm talb u riflessjoni. Fil-5pm quddiesa kkonċelebrata minn Mons. Isqof Mario Grech. Is-Sibt 11 ta’ Frar laqgħa għaż-żgħażagħ f’Dar Ġużeppa Debono fis-2pm.
Talb għat-trabi fil-ġuf. Minn din il-ġimgħa ser tibda taslilkom stedina biex titolbu għal tarbija fil-ġuf. Okkażjoni sabiħa biex niddefendu l-ħajja. Nilqgħuha bil-qalb! |
| IN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL |
| Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar il-Knisja f’Malta tiċċelebra s-Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Hija ġurnata li tgħinna nirriflettu aktar dwar il-fidi tagħna u kif qegħdin ngħixu din il-fidi. Inqaddsu dan il-jum billi nersqu għall-qrar u t-tqarbin. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. |
| RADJU LAURETANA |
| Marvin Dempsey hija r-rebbieħa tal-mera tal-Madonna ta’ Loreto. |
| QUDDIES |
| Min jixtieq jordna quddies tal-ħin fil-Knisja Parrokkjali għax-xhur April, Mejju u Ġunju 2012, jista’ jagħmel dan fl-uffiċċju Parrokkjali kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn id-9am u 12pm. L-intenzjoni tal-quddies meta ordnat fl-uffiċċju Parrokkjali għad-Djoċesi ta’ Għawdex hija €8. |
| IL-MADONNA F’LOURDES – JIBDEW ID-DEHRIET |
Is-Sibt 11 ta’ Frar infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Ommna Marija ssejħilna kontinwament għat-talb u l-konverżjoni. Jiddependi biss minna nilqgħux dak li trid Marija. Fil-parroċċa tagħna għandna l-kappella tant ħelwa tal-Madonna ta’ Lourdes. Huwa ħafna tajjeb li nżuru lil din il-kappella fil-ġranet tad-dehriet, nieħdu sehem fl-Ewkaristija u nitolbu lill-Madonna tkompli tieħu ħsiebna, lill-familji tagħna, lill-parroċċa tagħna.
Is-Sibt 11 ta’ Frar huwa wkoll il-Jum Internazzjonali tal-Morda. Nitolbu kuljum għal min hu marid fid-dar jew rikoverat fl-isptar. Niftakru f’dawk li qegħdin jingħataw kura barra minn Malta. Nitolbu wkoll għal dawk kollha li jduru bil-morda tagħna kif ukoll għat-tobba u l-infermiera. |
| BAZAAR LOURDES HOME |
| Ser isir bazaar f’Lourdes Home b’risq is-sorijiet Dumnikani fil-ġranet tad-dehriet tal-Madonna ta’ Lourdes mit-8.30am sal-5.15pm. Ngħinu kif nistgħu. |
| IL-PROĠETT TAL-QNIEPEN |
Inkomplu ngħinu lil dan il-proġett bl-għotjiet tagħna.
Fadal jinġabru €38,259. |
| L-ISTRINA LILL-MADONNA |
| Mal-bullettin tal-ġimgħa l-oħra tqassmu l-envelopes tal-istrina tal-Madonna. Kif ħabbarna diġa’, l-għotjiet tagħna ser imorru għall-proġett tal-qniepen li issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu. L-envelopes qegħdin jinġabru mill-voluntiera tal-parroċċa f’dawn il-ġranet. Inkunu ġenerużi bħal dejjem. Il-Madonna ta’ Loreto tbierek lilkom u lill-familji tagħkom. Il-ġimgħa d-dieħla nagħtu rendikont tal-ġabra. |
| IMPORTANTI |
| Minn dan il-weedend ser jerġa’ jibda jkollna servizz ta’ qrar fil-knisja parrokkjali nhar ta’ Sibt fil-5.30pm. |
| GĦOTI TAD-DEMM |
| Il-Ħadd 12 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun miftuħ bejn it-8.30am u 1pm għal min jixtieq jagħti d-demm. |
| KUNĊERT TA’ MUŻIKA KLASSIKA |
Bi pjaċir inħabbru li l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta ser tesegwixxi kunċert ta’ mużika klassika u reliġjuża fil-Knisja Parrokkjali tagħna l-Ġimgħa 24 ta’ Frar fis-7.30pm. Dan huwa avveniment speċjali. L-Orkestra Nazzjonali żżur postijiet f’Malta u f’Għawdex u tagħti kunċerti biex tqarreb lill-pubbliku lejn il-mużika klassika. Din id-darba intagħżlet il-knisja tagħna. Programm:
Mendelssohn - Paulus, Overture
Mozart - Ave Verum
Haydn - The seven last Words on the Cross Introduzione & Terremoto
Handel - Sarabande
Charles Camilleri - Biblical Dances
Albinoni/Giazotto - Adagio in G minor
Bach/Stokowski - Toccata and Fugue in D minor
Id-dħul huwa b’xejn. Ħadd m’għandu jitlef dan il-kunċert. L-Orkestra titmexxa minn Mro Michael Laus. |
| GĦALIK BIEX TIXTARR |
(Mill-Ktieb Nixxiegħa ta’ Stejjer Pubblikazzjoni Museum Qasam Għajnsielem)
Tip ta’ ċerva magħrufa bħala African Impala kapaċi taqbeż għoli ta’ aktar minn għaxar piedi u tagħmel distanza ta’ aktar minn tletin pied fil-qbiż tagħha. Minkejja dan, din il-kreatura tista’ tinżamm f’zoo b’ħajt għoli biss madwar tliet piedi. Dan ghaliex dawn l-annimali ma jaqbżux jekk ma jkunux jaraw fejn ser jiġu saqajhom! Il-fidi tagħna m’għandhiex tixbah lill-imġiba ta’ din iċ-ċerva! Aħna għandna fiduċja sħiħa f’Alla avolja ma nistgħux naraw u nifhmu kollox. Hija din il-fiduċja li tagħmilna tassew ħielsa! |
| OFFERTA GĦALL-BULLETTIN |
Maria Azzopardi toffri €20 b’suffraġju tal-għażiża ommha Dolora Azzopardi f’għeluq it-3 snin mill-mewt tagħha nhar il-11 ta’ Frar 2012.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. |