96.5 FM Radju Lauretana
GozoNews.com:


Play

Sbejħa, Loreta
f'dan il-jum sabiħ nagħtuk foħrija
inti x-xemx tar-raħal tagħna
inħobbuk, dejjem inqimuk.

Ħelwa, Loreta
Ismek ħelu mimli armonija
inti l-omm ta' min ħalaqna
ġieħ nagħtuk, kull ħin nitolbuk.


Ommna, Loreta
ieqaf dejjem magħna u ħu ħsiebna
ħelwa Madonna
lilna miegħek wassal ġewwa l-ġenna.


(tirrepeti mill-bidu darb' oħra)

F'dan il-jum kbir - tiddi bħax-xemx - l-istatwa tagħna
kbar u ckejknin - ilkoll ngħajtulha - ferħanin:
Viva x-xemx - viva x-xemx - il-Madonna ta' Loretu
Viva x-xemx - viva x-xemx - viva x-xemx.
X'hin tfeġġ fil-bieb - tal-kbir Santwarju - li bnejnielek
ġmielek hu kbir - inħarsu lejk - kollha msaħħrin.

F'dan il-jum sabiħ - festa mill-kbar - aħna nagħmlulha
ilkoll b'ferħ kbir - lilha nkantaw - ma' l-Għajnselmin:
Viva x-xemx - viva x-xemx - il-Madonna ta' Loretu
Viva x-xemx - viva x-xemx - viva x-xemx.

Kburin tassew - u għandna biex - bl-istatwa tagħna
festa mill-kbar - bi briju kbir - u logħob tan-nar.


(tirrepeti mill-bidu darb' oħra)
Radio Schedule Recipes Podcasts Bethlehem f'Ghajnsielem